Saturday, September 20, 2008

Minn Wara l-Kwinti - Nhar it-Tnejn - 22 ta' Settembru - 20:30

Bhala introduzzjoni ghas-sensiela l-gdida, Is-Sigill tal-Qrar ta Horizons Productions, li ha tibda tinwera kull nhar ta’ Tnejn fuq NET TV fit-20:30, NET TV ha juri program ta wara l-kwinti nhar it-Tnejn, 22 ta’ Settembru fit-20:30 ukoll.

NET TV ha jlaqqakom ma’ l-atturi li maghhom ha tkomplu tiltaqghu kull gimgha fl-istagun televiziv il-gdid li ser jibda dalwaqt. Ser nitkellmu mal-atturi protagonisti ta dan id-dramm - Rennie Schembri, Simone De Battista, Andre` Penza, Marilyn Custo, Rina Camilleri, Guido Fenech, Charles Sammut, Jesmond Kris Bugeja u Gilbert Formosa li ha jkelmuna fuq l-esperjenza taghhom mat-tim ta Horizons, esperjenzi li kellhom qabel fuq it-televizjoni kif ukoll fuq il-karattru li ha jinterpretaw fis-Sigill tal-Qrar.

Ser nitkellmu mad-Direttur tas-Sigill tal-Qrar, Ivan De Battista, fl-ewwel esperjenza tieghu bhala direttur fuq it-TV pero certament mhux bhala xoghol fuq il-televizjoni u direzzjoni teatrali. Kif kienet il-qabza minn attur protagonist ghal direttur? X’hajru jaghmel dan il-pass? Inspira ruhu minn direzzjonijiet li kellu qabel fuq il-palk? Ha jkolkom ukoll l-opportunita li ssiru tafu aktar mill-qrib lil Jesmond Kris Bugeja, li kiteb it-teleserial. Dan hu l-ewwel tele-serial ta’ Jesmond li ha jintwera fuq it-TV. Niltaqghu wkoll mal-bqija tat-tim wara din il-produzzjoni – il-producers - Kenneth Mizzi u Gilbert Formosa, Anna Camilleri bhala Segretarja tal-Produzzjoni, Louis Vella fuq is-sound u Natasha Farrugia fuq il-make-up kif ukoll ma' Lara Vella, il-logging u script supervisor, il-mascot ta’ kulhadd habba l-eta` tenera taghha. Prattikament tim shih illi huwa gdid f’dan il-qasam tad-drammi televizivi.

Ser nitkellmu wkoll ma’ Mro. Joe Brown, il-mohh muzikali wara din it-teleserial. Ovjament ha tkunu tistghu taraw mumenti umoristici li ghaddew minnhom il-kast u l-krew waqt il-filming ta’ dan id-dramm. Ghalhekk titilfux din l-opportunita` li tibdew l-esperjenza taghkom ma “Is-sigill tal-Qrar” b’dan il-preview biex insejhulu hekk, li minnha ha tkunu tafu x’hemm wara il-produzjoni li ha zzomilkom kumpanija kull nhar ta’ Tnejn fuq Net TV.