Saturday, September 20, 2008

Minn Wara l-Kwinti - Nhar it-Tnejn - 22 ta' Settembru - 20:30

Bhala introduzzjoni ghas-sensiela l-gdida, Is-Sigill tal-Qrar ta Horizons Productions, li ha tibda tinwera kull nhar ta’ Tnejn fuq NET TV fit-20:30, NET TV ha juri program ta wara l-kwinti nhar it-Tnejn, 22 ta’ Settembru fit-20:30 ukoll.

NET TV ha jlaqqakom ma’ l-atturi li maghhom ha tkomplu tiltaqghu kull gimgha fl-istagun televiziv il-gdid li ser jibda dalwaqt. Ser nitkellmu mal-atturi protagonisti ta dan id-dramm - Rennie Schembri, Simone De Battista, Andre` Penza, Marilyn Custo, Rina Camilleri, Guido Fenech, Charles Sammut, Jesmond Kris Bugeja u Gilbert Formosa li ha jkelmuna fuq l-esperjenza taghhom mat-tim ta Horizons, esperjenzi li kellhom qabel fuq it-televizjoni kif ukoll fuq il-karattru li ha jinterpretaw fis-Sigill tal-Qrar.

Ser nitkellmu mad-Direttur tas-Sigill tal-Qrar, Ivan De Battista, fl-ewwel esperjenza tieghu bhala direttur fuq it-TV pero certament mhux bhala xoghol fuq il-televizjoni u direzzjoni teatrali. Kif kienet il-qabza minn attur protagonist ghal direttur? X’hajru jaghmel dan il-pass? Inspira ruhu minn direzzjonijiet li kellu qabel fuq il-palk? Ha jkolkom ukoll l-opportunita li ssiru tafu aktar mill-qrib lil Jesmond Kris Bugeja, li kiteb it-teleserial. Dan hu l-ewwel tele-serial ta’ Jesmond li ha jintwera fuq it-TV. Niltaqghu wkoll mal-bqija tat-tim wara din il-produzzjoni – il-producers - Kenneth Mizzi u Gilbert Formosa, Anna Camilleri bhala Segretarja tal-Produzzjoni, Louis Vella fuq is-sound u Natasha Farrugia fuq il-make-up kif ukoll ma' Lara Vella, il-logging u script supervisor, il-mascot ta’ kulhadd habba l-eta` tenera taghha. Prattikament tim shih illi huwa gdid f’dan il-qasam tad-drammi televizivi.

Ser nitkellmu wkoll ma’ Mro. Joe Brown, il-mohh muzikali wara din it-teleserial. Ovjament ha tkunu tistghu taraw mumenti umoristici li ghaddew minnhom il-kast u l-krew waqt il-filming ta’ dan id-dramm. Ghalhekk titilfux din l-opportunita` li tibdew l-esperjenza taghkom ma “Is-sigill tal-Qrar” b’dan il-preview biex insejhulu hekk, li minnha ha tkunu tafu x’hemm wara il-produzjoni li ha zzomilkom kumpanija kull nhar ta’ Tnejn fuq Net TV.

Wednesday, August 27, 2008

Main Cast



Il-Main Cast tat-teleserial - Is-Sigill tal-Qrar...

Is-Sigill tal-Qrar... Minn Ottubru fuq NET TV

Minn Ottubru li ġej fuq Net Television ser tibda tintwera drama ġdida u oriġinali bl-isem ta’ Is-Siġill tal-Qrar bi Produzzjoni ta' Horizons Productions. Id-direzzjoni hija fl’idejn abbli ta' Ivan De Battista.

Interessanti huwa l-fatt li f’din id-drama ser jieħdu sehem aktar minn mitt attur u attriċi li uħud minnhom huma stabbiliti u oħrajn uċuħ ġodda. Fost l-atturi u l-attriċi stabbiliti nsibu lil Pat Mahoney, Simone De Battista, Marilyn Custo, Charles Sammut, Guido Fenech, Peter Borġ, Rennie Schembri, Rina Camilleri, Andre Penza, Joe Attard, Fabian Scerri De Carlo u Simone De Battista. Il-ġbid ta’ din id-drama beda xahrejn ilu u nistgħu ngħidu li miexi b’ritmu tajjeb.

Kif diġa semmejna il-kitba hija waħda oriġinali u ħarġet mill-pinna ta Jesmond Kris Buġeja. Huwa skript li jħallik bla nifs biex tkompli ssegwi l-andament ta’ din id-drama. Dawk kollha li ser isegwu Is-Siġill tal-Qrar ser jidħlu f'għanqbuta mimlija ntriċċi, mħabba u tradiment fost affarijiet oħra. Kenneth Mizzi, Producer ta' Horizons, qalilna li d-drama li qed itellgħu huma, hija waħda li għandha tingħoġob mhux biss minħabba l-intriċċi li jinqalgħu f’kull episodju iżda wkoll minħabba l-oriġinalita ta’ l-istorja. Gilbert Formosa, Co-Producer ta' Horizons, żied jgħid illi ser iżomm l-udjenza kull nhar ta' Tnejn fit-20.30 imwaħħla mas-sufan.

Il-protagonisti ewlenin tista tgħid li huma it-tlett karattri prinċipali; Dr Ralph Naudi li huwa kardjoloġista li jaħdem fi sptar u martu Tiffany. Huma ilhom miżżewġin erba’ snin iżda ftit wara jibda l-għawġ fiż-żwieġ tagħhom. Il-mara jkollha relazzjoni barra ż-żwieġ ma’ ġu r-raġel tagħha stess. Tiffany mingħaliha li Ralph ma jaf b’xejn x’inhu jiġri iżda hu jkun jaf b’kollox u jkompli jsaħħaħ il-ħsieb tiegħu b’aċċident li jinqala b’kumbinazzjoni.

F’din l-istorja jingħaqad patri li jkun għadu kif irritorna lejn Malta mill-art tal-missjoni għal ftit jiem biex ikun qrib t’ommu li tkun waslet f’tarf ħajjitha. Fr Emilio Bernardi jsir jaf lil Dr Ralph Naudi peress li dan ikun qiegħed jieħu ħsieb f’dik li hija kura lil ommu. Iżda ma’ l-andament ta’ l-istorja naraw x’inhi l-vera raġuni li Fr Emilio reġa ġie pajjiżhu u x’inhu l-iskop tas-Superjur tiegħu wara s-sejħa li għamillu biex jiġi lura Malta. Fr Emilio jibda joqgħod fil-kunvent, f’kamra fejn ebda patri ieħor ma jrid joqgħod fiha. Iżda għalfejn?? Ir-raġuni hija li f’din il-kamra aktar qabel ikun joqgħod patri barrani li kien għal btala u dan imut mewta misterjuża. Fr Emilio Bernardi jintalab jinvestiga l-mewt tiegħu. Jirnexxielu jsolvi l-każ Fr Emilio?

Għar-risposti segwi Is-Siġill tal-Qrar fuq Net Television minn Ottubru li ġej.

Monday, August 11, 2008